Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħal Qormi

Sewwieq ta’ mutur minn Birżebbuġa kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.

Il-każ seħħ ftit wara 1845hrs tas-Sibt filgħaxija fi Triq l-Imdina, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn il-mutur misjuq mir-raġel ta’ 65 sena u karozza misjuqa minn raġel ta’ 44 sena minn Ħal Qormi stess.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.