Futbol Sport

FC Sheriff ma’ jistgħux jilagħbu fil-Bolshaya Sportivnaya Arena, f’Tiraspol

(Ritratt: EPA)

Il-UEFA ordnat lil FC Sheriff li jsibu alternattiva għall-istadium tagħhom għall-logħob tal-Uefa Champions League sakemm jerġgħu ikunu nnotifikati. L-istadium taċ-champions attwali tal-Moldova jinsab f’Tiraspol li tinsab fir-reġjun ta’ Transnistria, reġjun li għandu rabtiet mar-Russja.

Fi stqarrija il-UEFA qalet li ”Fid-dawl tal-invażżjoni Russa fl-Ukrajna, il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA iddeċidiet li l-ebda kompetizzjoni Ewropea m’għandha tintlagħab fir-reġjun ta’ Transnistria, fil-Moldova, sakemm terġa toħroġ notifika oħra”

FC Sheriff, li rebħu l-kampjonat tal-Moldova għad-19-il darba mill-2001 ‘l hawn, kellhom jilgħabu t-tieni leg tal-Ewwel Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League fl-istadium tagħhom fit-13 ta’ Lulju li ġej iżda issa jridu jsibu stadium ieħor bħala alternattiva biex jilgħabu fih il-partiti home tagħhom fl-Ewropa sakemm tibqa fis-seħħ il-projbizzjoni.

FC Sheriff iddebuttaw fil-gruppi tal-UEFA Champions League l-istaġun li għadda b’rebħa ta’ 2-1 fuq ir-rebbieħa attwali Real Marid