Lokali

Gvern li m’hu qed joffri ebda soluzzjoni

Diversi ġenituri ta’ tfal b’diżabbilta jinsabu rrabjati u mweġġgħin għall-mod kif qed jimxi magħhom il-Gvern… Gvern li tela’ bl-għajta li ħadd m’għandu jibqa’ lura… iżda huwa ċar li mhux qed jagħti każ l-weġgħat li qed iħossu dawn il-ġenituri.

Storja li ħarġet fil-gazzetta illum, tegħet dawl fuq it-tbatijiet li għaddejjin minnhom numru ta’ familji li t-tfal tagħhom għandhom bżonn is-servizz ta’ Learning Support Educator.

Dawn il-ġenituri li għandhom tfal b’diżabbilta intelletwali qed ikunu kostretti jħallsu mijiet jekk mhux eluf ta’ ewro sempliċiment biex jipproduċu rapport minn Educational Psychologist privat… liema rapport huwa meħtieġ sabiex uliedhom jirċievu konferma li għandhom bżonn l-għajnuna ta’ LSE fil-klassi.

Dan kollu huwa konsegwenza tal-fatt li l-Gvern m’għandux biżżejjed Educationl Psychologists li jfasslu rapporti ta’ dan it-tip.

Minħabba din il-lista twil ta’ stennija.. ta kważi sentejn, qed tingħata prijorita lit-tfal li jkunu deħlin Year 1, bit-tfal li jkunu se jibdew Kinder 1 u 2 qed jispiccaw jitilfu l-iskola minħabba li dan ir-rapport ikun għadu ma ġiex ippreżentat.

Net News staqsa lill-Ministru responsabbli mill-Inklussivita Julia Farrugia Portelli dwar din is-sitwazzjoni li qed taffettwa lil diversi familji… bit-tweġiba tinkkonferma li l-Gvern ghad m’ghandu ebda soluzzjoni konkreta.

ALL CLIP – 1.30min

It-tweġiba li tat l-Ministru tal-Inklussivita ma tantx tat serħan il-moħħ lill-ġenituri li qed jispiċċaw jonfqu ammont kbir ta’ flus sempliċiment minħabba nuqqasjiet li qed isiru min-naħa tal-Gvern.