Lokali Parlament

Il-gvern jibqa’ jaħrab milli jwieġeb dwar l-oġġett storiku li nstab fid-dar tal-Ministru Refalo

Mark Anthony sammut, PN


Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal fil-parlament li l-Gvern jibqa’ jaħrab milli jwieġeb dwar x’inhi s-istwazzjoni fil-konfront tal-oġġett storiku ta’ żmien l-Ingliżi li nstab fid-dar tal-Ministru Anton Refalo.

Fid-dibattitu parlamentari dwar Patrimonju Malta u s-Sovratindenza tal-Patrimonju Kulturali, Mark Anthony Sammut qal li l-poplu jistenna informazzjoni jekk l-oġġett storiku li instab fid-dar tal-Ministru Anton Refalo hux oriġinali ta’ żmien ir-Reġina.

Il-Ministru Owen Bonnici jibqa’ ma jweġibx minkejja li fil-passat kien kiser il-Kostituzzjoni meta kien ineħħi regolarment il-fjuri minn ma’ monument li jfakkar il-memorja tal-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li trid tingħata spjega kif l-oġġett storiku li nstab għand il-Ministru Refalo għadu fid-dar u ma tteħdix mis-Sovratindenza. Daqshekk hu irrilevanti d-diskors kollu tal-MinistruOwen Bonnici!