Budget 2023 Lokali

Jgħidu li l-Gvern qed jagħmel biżżejjed fejn tidħol l-għoli tal-ħajja

Il-Membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela qed jibqgħu jisħqu li l-Gvern qed jgħin biżżejjed fejn jidħol l-għoli tal-ħajja bil-Ministri qed jibqgħu jinsistu li l-miżuri tal-Gvern qed iħallu riżultati.

Dan hu dak li kellhom xi jgħidu l-Ministri Clayton Bartolo, Owen Bonnici u Silvio Schembri meta Net News staqsihom xi pjan għandu l-Gvern sabiex jgħin lin-nies fejn jidħol l-għoli tal-ħajja

Minkejja li l-Ministri qed jibqgħu jgħidu li l-Gvern qed jagħmel li jista’, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qed jibqa’ jikkonferma li ż-żiedet fil-prezzijiet huma allarmanti, l-aktar fl-ikel u x-xorb alkoħoliku.

Filfatt, meta staqsejna lill-Prim Ministru dwar dan l-fatt li l-inflazzjoni laħqet iċ-ċifra allarmanti ta’ 5.8% hu stqarr li l-għoli tal-ħajja u l-inflazzjoni qed “toqros” u ammetta li hija realtà li qed iħossu n-nies, u stqarr li xi ħaġa li tinkwetah

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, f’pajjiżna rajna żieda fil-prezzijiet ta’ affarijiet bażiċi fosthom affarijiet magħmula mill-ħalib, prezzijiet li qed ikomplu jitfgħu piż fuq il-familji Maltin u Għawdxin