Lokali

Jinġabru €428,442 għal Hospice Malta

Bl-imħabba naslu.

Kienet din it-tema tal-maratona ta’ 12-il siegħa mtella’ matul il-jum tal-Ħadd minn Hospice Malta u mxandra fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni lokali kollha b’risq persuni fil-bżonn. fejn matulha nġabret is-somma ta’ €428,442.

L-għan ta’ din it-telethon huwa sabiex jitlesta l-proġett tal-bini tas-St.Michael’s Hospice, proġett li għall-ewwel darba se jkun qiegħed iwassal sabiex Hospice Malta jkollu l-ewwel kumpless għas-servizzi tal-kura paljattiva.

F’messaġġ li wassal f’din il-maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħidma sfieqa tal-voluntieri u l-ħaddiema fi ħdan il-Hospice, li jgħinu tant Maltin u Għawdxin.

Jgħinu lil Hospice Malta preżentament hemm madwar 260 volontarju.