Kultura Lokali

Jirritorna l-kunċert ‘Rock the Fort’

Il-kunċert Rock the Fort jirritorna lura fil-gżejjer Maltin. Dan hekk kif din is-sena se jsir kunċert ikbar u isbaħ sabiex jiġi ċċelebrat l-iprem xogħlijiet tal-mużika rock.

Il-kunċert ta’ din is-sena se jsir nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Settembru 2022, fil-Grand Harbour Marina fil-Birgu, taħt il-Forti Sant’Anġlu, fejn għall-ewwel darba, ser tieħu sehem il-band Brittanika ‘THE CLASSIC ROCK SHOW’.

Meqjusa bħala ‘live jukebox’, it-tmien mużiċisti ta’ The Classic Rock Show joħduna fi vjaġġ mużikali li jinkludi diski ikoniċi ta’ artisti kbar bħal Led Zeppelin, Dire Straits, AC/DC, Queen, Fleetwood Mac u The Who. Il-gażżetta Chicago Tribune tiddeskrivi l-ispettaklu ta’ din il-band bħala “a real gem of a rock show – sore throat guaranteed!”

Kull min ġieli attenda għal-kunċerti ta’ din il-band, bla tlaqliq ta’ xejn jgħid li kull diska tindaqq bi preċiżjoni kbira hekk li tistħajlek qed tisma l-artisti oriġinali. Bla dubju ta’ xejn ma jonqosx spettaklu kbir ta’ dawl li jkompli jqanqal l’atmosfera ta’ dawn ix-xogħlijiet leġġendarji.

Għall-biljetti afgħas hawn.