Lokali

Kurt Farrugia żamm is-salarju bażiku ta’ €105,000

Qal li se jaqta’ biċċa mill-paga biex jerfa’ l-piż tad-daqqa tal-Covid. Iżda fil-verità, xorta żamm is-salarju bażiku ta’ aktar minn mitt elf ewro fis-sena.

Skont dokumenti preżentati fil-Parlament, Kurt Farrugia żamm il-paga bażika tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise. Fi kliem sempliċi, baqa’ jitħallas is-salarju ta’ 105,000 ewro fis-sena.

Li għamel, minħabba l-Covid, kien li ċeda ż-żieda annwali ta’ 5,000 ewro. U allura xorta żamm il-105,000 ewro li kellu bħala salarju bażiku…kif ikkonferma hu stess mat-Times.

Kurt Farrugia mexxa l-Komunikazzjoni ta’ Kastilja fi żmien Joseph Muscat, bejn l-2013 u l-2019. Biex f’Lulju ta’ dik is-sena tpoġġa’ fit-tmexxija tal-Malta Enterprise. Minkejja dan ir-rwol tant importanti li għadu, xejn ma żammu lura milli jkun attiv fil-kampanja tal-Labour għall-elezzjoni ġenerali li għaddiet.