Sport Sport Ieħor

L-atleti Maltin fl-azzjoni fil-Logħob tal-Mediterran f’Oran

(Ritratt: Malta Tennis Federation)

F’Oran ġurnata oħra ta’ kompetizzjoni fid-19 -il edizzjoni tal-Logħob tal-Mediterran. Fil-Habib Khelil Tennis Complex l-ewwel li kien fl-azzjoni kien Liam Delicata li kiseb walk over kontra Aritotelis Thanos tal-Greċja.

Matthew Asciak kien fl-azzjoni kontra Alexandrois Skorilas tal-Greċja fejn wara li rebaħ l-ewwel set 6 – 1 tilef it-tieni set 6 – 3 sabiex f’dak deċiżiv wara li kien 5 – 2 minn taħt irnexxielu jirbah 7 – 6. Fid-doubles il-koppja Matthew Asciak u Alex DeGabriele kellhom jilagħbu kontra Amr El Sayed u Karim Mohamed Madmound tal-Eġittu.

Beda wkoll l-ibburdjar f’Les Andalouses, 30 kilometru barra l-belt ta’ Oran. Fl-ewwel żewġ kompetizzjonijiet tal-windsurfing IQFOIL, Karl Miggiani temm fit-tnax u fit-tlettax-il post rispettivament minn tmintax il-kompetitur.