Futbol Sport

Malta rappreżentata minn skwadra ta’ refuġjati fil-Unity Euro Cup

(Ritratt: Malta Football Association)

Fil-jiem li ġejjin pajjiżna se jkun rappreżentat minn skwadra ta’ refuġjati li se jikkompetu fil-Unity Euro Cup, organizzata mill-UEFA. Minbarra Malta, fit-turnew internazzjonali ta’ ħbiberija se jikkompetu l-Awstrija, il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, ir-Repubblika tal-Irlanda u l-Iżvizzera li lkoll irid ikollhom skwadri ffurmati minn 70% ta’ refuġjati u 30% ta’ plejers oħra li mhux refuġjati.

It-turnew internazzjonali ta’ ħbiberija se jsir f’Nyon, l-Iżvizzera, fid-29 ta’ Ġunju u Malta tinsab fi Grupp B mal-Italja, l-Belġju u l-Ġermanja.