Serba ta’ 67 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqet minn mutur. L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija fi Triq ix-Xatt, tas-Sliema.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara mis-Serbja ntlaqtet minn mutur Suzuki misjuq minn raġel ta’ 22 sena residenti l-Imsida.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin