Lokali Qorti

Mhux ħati li kellu l-eroina fil-ħabs

Raġel ta’ 30 sena residenti l-Ħamrun ġie lliberat mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras minn każ ta’ ħtija li jmur lura kważ’i 13-il sena fejn kien qed jiġi mixli instabitlu d-droga eroina fil-ħabs u li sar reċidiv b’diversi sentenzi sentenzi tal-Qorti.

L-Ispettur Jurgen Vella qal fil-Qorti biex isostni l-każ tiegħu kontra Johan Sultana li fis-16 ta’ Settembru tal-2009 il-Pulizija mil,l-Għassa ta’ Raħal Ġdid ġiet infurmata li għall-ħabta tat-8.30pm fi spezzjoni li saret fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mill-gwardjani f’ċella 26 f’diviżjoni 13, li kienet tal-imputat, instabu biċċa foil maħruqa, karta f’forma ta’ pipe u xi trab suspettat eroina.

Jurgen Vella xehed ukoll li l-imputat qabel kien instab ħati talli fil-pussess tiegħu kellu internet key u jekk jidhirlu sew “flixkun b’xi likwidu” fil-ħabs Minn naħa tiegħu, l-eks Spettur Alexander Grech qal li dakinhar ukoll, Sultana nstabulu xi affarijiet oħra projbiti fil-ħabs. Qal, li l-imputat kien ġie akkużat separatament dwar l-imsemmija oġġetti.

Minn naħa tiegħu, ix-xjenzat Godwin Sammut qal lill-Qorti li s-sustanza kienet diġà maħruqa u kkunsmata, u li għaldaqstant ma setax jagħti piż ta’ kemm eżatt kienet, Il-Qorti qalet li minn dak li semgħet l-akkużi ma jreġux, fost l-oħrajn minħabba li ma rriżultax li l-imputat għamel użu mid-droga eroina fil-mument tat-tfittxija. B’hekk, ma sabitx lill-imputat ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Qorti kkunsidrat il-fatt li għalkemm l-akkużi jirreferu għall-15 ta’ Settembru 2009, l-istqarrija tal-imputat ittieħdet fit-13 ta’ Settembru 2012. Dan wara li l-istess imputat ingħata s-solita twissija skont il-liġi, kif ukoll il-jedd li jottjeni parir legali qabel l-interrogatorju tiegħu, liema jedd huwa għażel li ma jeżerċitahx.

Mandankollumingħajr il-jedd li jkun assistit minn avukat waqt l-istess interrogatorju, stante li dan ma kienx viġenti fil-liġi Maltija fiż-żmien tal-każ. Dan id-dritt daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Novembru 2016, permezz tal-Avviż Legali 401 tal-2016.

Fid-dawl ta’ dan in-nuqqas, fit-trattazzjoni tagħha, id-difiża ssottomettiet illi din l-istqarrija għandha tiġi dikjarata bħala prova inammissibbli. Dwar dan il-punt il-Qorti taqbel mad-difiża u qed tqis bħala inammissibbli l-istqarrija rilaxxjata mill-istess imputat.

Il-Qorti saħqet ukoll li jirriżultax mill-provi prodotti li Sultana nqabad fil-fatt jagħmel użu mid-droga eroina fil-mument tat-tfittxija. Lanqas ma jirriżulta li l-imputat instab fil-pussess ta’ din id-droga. Għaldaqstant fid-dawl tal-fatt li ma hemmx provi l-Qorti lliberat lil Sultana u m’ordnatx lill-imputat iħallas l-ispejjeż tal-ħatra tal-esperti. Ordnat, min-naħa l-oħra, id-distruzzjoni tal-oġġetti esebiti lix-Xjenzat Sammut.