Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident fis-Swieqi

Ritratt: Arkivji

Sewwieq ta’ mutur li għandu 56 sena weġġa gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-tmienja u nofs fi Triq Zejni, is-Swieqi.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li seħħ impatt bejn mutur Honda CB misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Ta’ Xbiex u karozza Porsche Macan misjuqa minn raġel ta’ 27 sena li jgħix is-Swieqi.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.