Atletika Sport

Shericka Jackson tirbaħ il-200 metru fil-Kampjonati tal-Ġamajka

Shericka Jackson wettqet waħda mill-akbar sorpriżi meta fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika tal-Ġamajka rebħet il-200 metru f’21.55 sekondi. Wara r-rebħa li jumejn ilu rebħet fil-100 metru bir-rebħa fil-200 metru tinsab biss frazżjoni ta’ sekonda ‘l bogħod mir-rekord dinji tal-leġġenda Amerikana Florence Griffith-Joyner ta’ 34 sena ilu 21.34 sekondi u r-rekord tal-Ġamajka ta’ 21.53 sekondi ta’ Elaine Thompson-Herah fl-Olimpjadi ta’ Tokyo .

Iċ-champion Olimpiku Thompson-Herah kienet it-tieni f’22.05 sekondi b’Shelly-Ann Fraser-Pryce it-tielet f’22.14 sekondi. Is-sena li għaddiet Jackson għamlet id-distanza f’ 21.81 sekondi filwaqt li din is-sena l-aħjar ħin kien mill-Amerikana Abby Steiner ta’ 21.77 sekondi. Jackson ta’ 28 sena rebħet wkoll l-400 metru fl-istess Kampjonati .