Lokali Qorti

Vittma ta’ daqqa ta’ ponn waqt ‘jogging’ jgħid li spiċċa trawmatizzat

Raġel, li qala’ “daqqa qawwija” minn wieħed miż-żewġ suspettati li attakkawh ikkummissjonati allegatamentmill-eks raġel tat-tifla tiegħu, xehed dwar l-inċident li ħallieh ixxukkjat u trawmatizzat. Rosario Spiteri, ir-resident ta’ Tas-Sliema ta’ 62 sena xehed kontra Matthew Joseph Schembri ta’ 37 sena, kif ukoll iċ-ċittadini Albaniżi Xhovano Ndoci ta’ 23 sena u Agostin Marku ta’ 23 sena, li qed jiffaċċjaw akkużi dwar l-aggressjoni li allegatament seħħet. fis-16 ta’ Ġunju.

Dakinhar il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tas-7:00am, Spiteri telaq lejn il-promenade ta’ Qui Si Sana għall-‘jog’ ta’ rutina ta’ filgħodu, u ppjana li jdur il-perimetru tal-Ġnien Bonello Dupuis qabel imur lura lejn San Ġiljan. Kien hemm fejn lemaħ żewġt irġiel, bilqiegħda fuq bank faċċata tal-baħar.

Għalkemm esttranji, il-jogger fakkar fil-preżenza tal-istess koppja f’dik iż-żona, jekk mhux fl-istess bank, il-ġurnata ta’ qabel. Huwa ftakar li ra l-irġiel hemmhekk waqt li kien qed jagħmel ġirja ta’ tmien kilometri madwar il-perimetru tal-ġnien fil-ġurnata ta’ l-Erbgħa, spjega Spiteri.

Dakinhar tal-inċident, hekk kif il-‘jogger’ resaq lejn il-bank tagħhom wara li dar madwar il-ġnien xi erba’ darbiet, “ir-raġel tad-daqna,” f’daqqa waħda qam u waqaf quddiem Spiteri. Hekk kif mexa lejn il-ġenb biex jgħaddi, ir-raġel bid-daqna dawwar f’daqqa u tah daqqa ta’ ponn dritt fuq il-ħaddejn tax-xellug u madwar ix-xedaq. “Kienet daqqa papali” qal l-allegat vittma, u żied li jgħid li kaġun t’hekk spiċċa fuq il-ħaxix.

Hekk kif irrombla’l isfel, qabad l-espressjoni tal-aggressur tiegħu. “Il-ħarsa tiegħu kienet waħda vizzjuża,” qal ix-xhud, filwaqt li identifika liż-żewġt irġiel fil-qorti, bilqiegħda ħdejn l-eks raġel ta’ bintu. Hekk kif il-vittma beda’ jgħajjat ​​għall-għajnuna, iż-żewġ aggressuri suspettati ħarbu.

“Help! Halp! Sawwtuni għal xejn.. Araw dawk it-tnejn. Waqqfuhom! Help!” baqa’ għajjat, u ġibed l-attenzjoni ta’ grupp ta’ nies li kienu għaddejjin. Tnejn minn dawk tal-grupp taw ġirja, filwaqt li Spiteri stess qam u mexa lejn Triq it-Torri fejn iltaqa’ ma’ karozza tal-pulizija.

Ftit wara, il-pulizija ġiet infurmata bl-arrest ta’ wieħed mis-suspettati mill-persuni li kienu semgħu l-għajta ta’ Spiteri għall-għajnuna. Is-suspettat kien immanettjat u wiċċu ’l isfel mal-art u mbagħad, hekk kif qam fuq saqajh, waqgħet sikkina mill-flokk.

Kellu fuqu sikkina ta’ 10 pulzieri

Mistoqsi mill-Maġistrat Nadine Lia biex tiddeskrivi dik l-arma, Spiteri qal li kienet “sikkina rqiqa twila xi 10 pulzieri.” “Kienet sikkina tal-mejda?” staqsiet il-qorti. “No way,” wieġeb ix-xhud. Il-prosekuzzjoni sussegwentement ikkonfermat li s-sikkina ma kienet intużat xejn waqt l-inċident u lanqas meta Ndoci ġie arrestat mill-pajżana.

Iktar tard Ndoci qal lill-pulizija li kien ħa l-arma f’każ li kellu bżonnha biex jiddeffendi lilu nniffsu. Spiteri qies li seta’ mar ħafna agħar. “Grazzi lil Alla ma fqajtx rasi fuq il-bankina. Jew li ma rreaġixxejtx u kellhom sikkina. Hija tal-biża’,” spjega r-raġel li rrimarka wkoll li għalkemm minn dakinhar ‘l hawn mar jiġri xi tliet darbiet, “baqa’ bit-trawma u x-xokk.”

Għalkemm oriġinarjament, il-pulizija ikkunsidraw l-inċident bħala tentattiv suspettat ta’ sekwestru, aktar evidenza indikat investigazzjonijiet f’direzzjoni differenti. Ma sar l-ebda tentattiv biex il-mobile tal-vittma li kien imqabbad ma’ driegħu.

Wara li arrestat lil Ndoci, il-pulizija nnutat diversi sejħiet minn numru partikolari għal-mobile tar-raġel arrestat. Dawk it-telefonati wasslu lill-investigaturi għat-tieni suspettat li kien irnexxielu jaħrab wara l-attakk. Dak is-suspettat l-ieħor kien Marku, sieħeb ta’ Ndoci, li sussegwentement ġie arrestat fl-appartament tal-koppja fi Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema.

Taħt interrogazzjoni, it-tnejn ċaħdu li kienet serqa, u qalu li kienu ngħataw struzzjonijiet speċifiċi minn Malti biex jattakkaw lill-‘jogger’. Iżda t-tnejn irrifjutaw li jiżvelaw isem ir-raġel, u saħqu li “beżgħu minnu u mill-konsegwenzi li setgħu jiffaċċjaw,” xehed l-Ispettur Lydon Zammit.

Skont Marku, ir-raġel kien tahom struzzjonijiet biex “isawwtu u jweġġgħu” lil Schembri. Ndoci kien aktar kollaborattiv, li kkonferma li kien Schembri li kien tkellem dwar il-problemi tal-familja tiegħu, urieh ritratt fuq WhatsApp tal-allegat vittma u qasam dettalji dwar il-‘jog’ ta’ rutina tiegħu.

Schembri saq lil wieħed mill-aggressuri fejn id-dar tal-vittma

Ġurnata minnhom, Schembri kien allegatament saq lil Ndoci lejn ir-residenza ta’ Spiteri u kien ipprovda wkoll dettalji tal-marka tal-karozza u n-numru tal-pjanċa tal-allegata vittma. Hekk kif il-pulizija ġabret din il-provi flimkien, Schembri kien ukoll fil-mira ta’ mandat ta’ arrest bħala s-suspettat ‘moħħ’ li kkummissjona l-attakk.

It-tliet suspettati tressqu l-Qorti u nżammu taħt arrest preventiv wara li wieġbu mhux ħatja. Wara li semgħet lix-xhieda, il-qorti ddikjarat li kien hemm biżżejjed provi prima facie biex l-akkużati jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża. Dak id-digriet kien ikkontestat mill-avukat ta’ Schembri, Arthur Azzopardi, li sostna li l-evidenza tal-prosekuzzjoni kontra l-klijent tiegħu kienet inammissibbli peress li kienet tistrieħ fuq verżjoni allegata ta’ kompliċi.

Madankollu, il-prosekuzzjoni ċaħdet li l-allegata ‘konfoffa’ kienet ċara peress li l-irġiel Albaniżi ma kellhomx idea tal-vittma u kienu aġixxew fuq informazzjoni mogħtija minn Schembri. Fl-aħħarnett il-qorti semgħet ukoll sottomissjonijiet fuq il-libertà proviżorja f’isem Schembri u Ndoci.

Deċiżjoni mistennija tingħata fil-jiem li ġejjin. L-Ispetturi Lydon Zammit u Jonathan Ransley mexxew il-prosekuzzjoni. L-Avukat Arthur Azzopardi kien l-avukat ta’ Schembri. L-Avukat Joe Brincat kien l-avukat ta’ Marku. L-avukati Veronique Dalli u Dean Hili dehru għal Ndoci. L-avukati Matthew Xuereb u Alex Scerri Herrera dehru parte civile.