Lokali Parlament

X’arroganza! Il-Whip Laburista ma jridx jgħid jekk il-Ministru Camilleri hux imsiefer għax reġa’ ma deherx il-Parlament

X’arroganza! Il-Whip tal-Gvern Laburista Andy Ellul isostni fil-parlament li l-Gvern mhux se jkun qed jgħid lill-Oppożizzjoni jekk il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri hux imsiefer minħabba li reġa’ ma kienx preżenti fil-parlament biex iwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari.

Din ma kinitx l-ewwel darba li l-Ministru Camilleri li ma jattendix il-parlament tant li l-ġimgħa l-oħra reġa’ m’attendiex il-parlament iżda daħal eżatt wara li ntemm il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.

Konxju mill-fatt li ma kellux tweġiba biex jiġġustifika dan l-atteġġjament tal-Ministru Byron Camilleri, il-Whip Laburista Andy Ellul llum għażel li jiddikjara li ma kienx se joqgħod jgħid lill-Oppożizjzoni fejn jinsabu l-ministri u jekk dawn humiex imsiefra. Il-mistoqsija parlamentari saret mill-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar.