Futbol Sport

Arsenal jiffirmaw lil Gabriel Jesus

(Ritratt: EPA)

Wara sitt staġuni ma’ Manchester City, Gabriel Jesus sar plejer ta’ Arsenal wara li aktar kmieni għadda mit-testijiet mediċi u ffirma kuntratt ta’ ħames snin mat-tim ta’ Londra.

F’Jannar li għadda kien irrapurtat li Arsenal kienu qedin jaħdmu biex jakkwistaw lil Jesus, bil-kuntratt tal-attakkant prinċipali tagħhom Alexandre Lacazette se jiskadi dan ix-xahar. Minn naħa l-oħra, il-plejer ta’ 25 sena xtaq li jingħaqad mal-Gunners sabiex jerġa jaħdem mal-kowċ Mikel Atreta li kellu relazzjoni tajba ħafna miegħu meta dan tal-aħħar kien assistent ta’ Guardiola ma’ Manchester City.

Arsenal se jkunu ħallsu s-somma ta’ madwar £45 miljun għall-attakkant Internazzjonali tal-Brażil li ma’ Manchester City lagħab total ta’ 159 logħba u skorja 58 gowl.