Internazzjonali

Attakk Russu li ħalla 18-il persuna mejta

L-attakk qattiel bil-missili Russi li seħħ it-Tnejn fuq ċentru kummerċjali fiċ-ċentru tal-Ukrajna ġie deskritt minn dawk li salvaw bħala infern.

Kawza ta dan l-attakk, 18-il persuna nqatlu, filwaqt li 59 persuna oħra sofrew minn xi ġrieħi, b’sitta jinsabu f’qgħada kritika.

Dan filwaqt li ghada ghaddejja l-hidma għal tfittxija ta’ iktar minn 40 persuna li jinsabu mitlufa wara dan l-attakk.

Hekk kif waqt dan l-attakk kien hemm madwar elf persuna kienu f’dan iċ-ċentru kummerċjali meta seħħ l-attakk.

Il-mexxejja tal-G7 qisu dan l-attakk bħala terribli hekk kif bħalissa qed jiltaqgħu għal summit fil-Ġermanja.

Huma saħqu li se jkunu qed iżommu lil Vladimir Putin responsabbli għal dan l-attakk meqjus bħala intenzjonata.

F’summit ieħor li qed isir minn NATO f’Madrid intqal kif l-Ukrajna qed tara mumenti ħorox li ilna ma naraw bħalhom mit-Tieni Gwerra Dinjija.

Matul dan is-summit hu pjanat li jintlaħaq qbil għal programm ta’ assistenza lil Ukrajna, wara li l-pajjiżi tan-NATO diġa’ taw lil Kyiv armamenti li l-valur tagħhom ilaħħaq il-biljuni ta’ ewro.