Basketball Sport

Basketball: Illum jibda l-Kampjonat FIBA għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Fil-Kumpless tal-Basketball f’Ta’ Qali llum jingħata bidu għall-Kampjonat FIBA għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa. B’kollox fl-azzjoni sitt pajjiżi fejn fi Grupp A flimkien ma’ Malta, l-Ażerbajġan u Andorra filwaqt li fi Grupp B hemm San Marino, Ġibilta’ u l-Armenja.

Fil-partita tal-ftuħ San Marino jilagħbu kontra Ġibilta’ filwaqt li l-ewwel impenn għat-tim Malti llum huwa kontra l-Ażerbajġan, biex mbgħad fit-30 ta’ Ġunju Malta tilgħab kontra Andorra. It-tim Malti, li issa ilu jittrenja b’mod intensiv għal dawn l-aħħar xhur huwa mmexxi mill-kowċ Alan Wells filwaqt li l-captain tas-selezzjoni Maltija huwa David Bugeja.

F’dawn il-ġranet ingħaqad mat-tim Malti Tevin Falzon li flimkien ma’ ħuħ Aaron Falzon mistenni jkun fil-formazzjoni.

Għada jintlagħbu l-partiti : Ażerbajġan vs Andorra u Ġibilta’ vs Armenja

Ir-rebbieħa tal-edizzjoni tas-sena l-oħra, l-Irlanda