Basketball Sport

Bidu mill-aqwa għat-timijiet Maltin fil-FIBA European Championships

Bidu mill-aqwa għat-timijiet Maltin tal-basketball tan-nisa u tal-irġiel hekk kif bdew b’żewġ rebħiet fil-Kampjonati Ewropej tal-FIBA għall-Pajjiżi ż-Żgħar. It-tim Malti tal-irġiel għeleb lil Azerbaijan mill-ewwel partita ta’ Grupp A 73-71. It-tim Malti b’wirja qalbiena hekk kif irnexxielu jirkurpra minn żvantaġġ u jirbaħ il-partita fl-aħħar ħinijiet. It-tim Malti tal-irġiel issa jilgħab l-Ħamis fis-6.30pm kontra l-Andorra

Min-naħa l-oħra it-tim nazzjonali Malti tan-nisa għeleb lil Kosovo 68-61 biex pattew għat-telfa li sofrew kontra l-istess tim is-sena l-oħra, li ċaħdithom minn midalja tal-Bronż. Il-protagonisti għat-tim Malti kien Stephanie De Martino u Nicol Handrick b’ħames three pointers u erba’ three pointers rispettivament.