Coronavirus Lokali

COVID-19: 570 każ ġdid

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 570 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 155 persuna oħra biex il-każi attivi komplew jitilgħu, bit-total hu dak ta’ 5,622.

Pajjiżna ilu ma jirreġistra dan l-ammont ta’ każi ġodda f’jum wieħed mill-bidu t’April ta’ din is-sena, bil-każi attivi, iktar ma jmur iktar qed jiżdiedu.

Fuq medja, mal-kważi 2,000 swab tests qed isiru ta’ kuljum.

Fortunatament, l-ebda imwiet ma ġew irreġistrati kawża tal-Covid biex b’hekk it-total ta’ imwiet f’pajjiżna mill-bidu tal-pandemija s’issa hu dak ta’ 740.