Lokali Parlament

Fiduċja li l-liġijiet tal-IVF jipproteġu l-ħajja umana

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri espriema fiduċja li l-liġijiet tal-IVF se jipproteġu l-ħajja umana.

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri kien qed jitkellem fid-dibattitu dwar l-estimi tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.

Stephen Spiteri qal li l-Awtoritá għall-Protezzjoni tal-Embrijuni taf il-bidu tagħha fl-2012 meta ddaħħlet il-Liġi dwar l-IVF; liġi li ġġorr magħha responsabbiltajiet kbar u li kienet approvata b’mod unanimu. Minn din il-liġi ħarġet ukoll l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun.

L-Awtorità twettaq xogħol importanti ħafna quddiem l-impenn biex tipprokrea u toħloq ħajjiet ġodda b’dinjità u li għandhom drittijiet u quddiem ix-xewqat ta’ dawk li jixtiequ jsiru ġenituri bil-kunsiderazzjoni tal-ħajjiet tagħhom minħabba li dawn jistgħu jkunu esposti għall-effetti kollha tat-trattament.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem fuq l-importanza li kollox isir skont l-etika u skont il-prattiċi tal-mediċina u spjega kif il-liġi tal-2018 poġġiet iktar responsabbiltajiet fuq din l-Awtorità minħabba li kien iddaħħal l-iffriżar tal-embrijuni.

Illum hemm iktar minn 400 embrijun li huma iffriżati u qed jistennew l-istadju li jmiss bieb jipprovaw għas-suċċess. S’issa twieldu iktar minn 425 tarbija li twieldu b’dan il-proċess. Dan iġib iktar responsabbiltajiet, sostna Stephen Spiteri, li qal bl-emendi l-ġodda l-Awtorità se jkollha ġġorr iktar responsabbiltajiet.

Jidher li hemm kunsens li jun hemm qbil miż-żewġ naħat biex il-liġi tkun responsabbli; jeħtieġ li nħarsu lejn dawn il-proċessi bid-dinjità li konna nħarsu lejhhom qabel biex il-ħajja umana jkollha ċans li tgħix u titwieled. Dan filwaqt li jirnexxu wkoll dawk li jkunu għaddejjin minn dan il-proċess.

Hu qal li l-addozzjoni tal-embrijuni toffri l-opportunità għal dawk li ma jkunux jistgħu jaslu mod ieħor; din titfa’ responsabbiltajiet kbar fuq l-Awtorità. F’dan il-kuntest għadu jissaħħaq il-qafas regolatorju u soċjali.

Hu qal qed ikun assigurat li l-prinċipju li maħluq mat-tnedija tal-protezzjoni tal-ħajja umana ikun qeda tiġi osservata mil-bidu tal-aħħar anki fil-liġijiet li se jkunu qed jgħaddu mill-parlament.

Hu sostna li kien iħares lejn dan l-andament quddiem liġi ġdida. Ma jagħmilx sens li ssir ħsara lill-ħajja umana; l-Awtorità għandha tibqa’ tħares dan il-prinċipju. Ninsab ċert li din it-trasformazzjoni fil-liġi l-ġdida se tgħin biex iktar ħajjiet ikunu b’saħħithom u tgħin lil min irid isir ġenitur.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem favur kunsens fil-liġi tal-IVF u qal li t-tobba jħarsu lejn il-persuna b’mod ħolistiku.