Sport Sport Ieħor

Francesca Curmi u Elaine Genovese fis-semi finali tad-doubles f’Oran

F’Oran ġurnata oħra ta’ kompetizzjoni fid-19 l-Edizzjoni tal-Logħob tal-Mediterran. Fil-Habib Khelil Tennis Complex ġurnata oħra ta’ kompetizzjoni fl-aħħar partiti tal-bieraħ, HELENE PELLICANO għelbet lil Ayra El Sayed tal-Eġittu fejn wara li tilfet l-ewwel set 4 : 6 rebħet is-sets ta’ wara 6 : 1 , 7 : 5 .

Madankollu kontra Nuria Brancaccio tal-Italja wara li tilfet l-ewwel set irtirat minħabba uġiegħ. Sfat eliminata FRANCESCA CURMI li fil-partita kontra Aya el Aouni tal-Marokk, wara li rebħet l-ewwel set 6 – 3 , tilfet is-set ta’ wara 7 : 6 bit-tielet set dak deciżiv li Aouni rebħet 7 : 6 Fid-doubles MATTHEW ASCIAK u ALEX DEGABRIELE ġew eleminati minn Amr el Sayed u Karim Mohamed Maamound tal-Eġittu f’żewġ sets 6 : 2 , 7 : 5 .

Fis-singles LIAM DELICATA lghab kontra Elliot Joseph Jean Benchetrit tal-Marokk fejn safa’ eliminat 6 – 2 ; 6 – 1 . Matthew Asciak kontra Carlos Lopez Montagud ta’ Spanja wkoll tilef bil-punteġġ ta’ 6 – 2 ; 6 – 1 Fil-partiti l-oħra, u fid-doubles Francesca Curmi u Elaine Genovese kontra Aya El Aouni u Yasmine Kabbaj ta-Marokk.

Beda wkoll l-isparar f’ Centre de Tir Hassi Ben Okba . Fil-kompetizzjoni tal-iskeet fejn fl-ewwel ġurnata Marlon Attard qed jaqsam l-ewwel post meta laqat total ta’ 74 plattina minn 75 filwaqt li Marcello Attard temm fis-7 post meta laqat 71 minn 75 plattina biex it-tnejn ghaddew għal fażi finali.