Lokali

Il-Kap tal-PN f’laqgħa pożittiva mal-Ambaxxatriċi Awstrijaka

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech kellu laqgħa pożittiva mal-Ambaxxatriċi Awstrijaka għal Malta, Erika Bernhard.

Bernard Grech wiegħed li l-għan tal-ħidma tal-Partit Nazzjonalista tibqa’ li jassigura li jkun hawn pajjiż sigur mhux biss għall-Maltin iżda wkoll għall-barranin li jgħixu u jaħdmu f’pajjizna.

Hu kompla jgħid li reputazzjoni tajba għal pajjiżna tfisser li nattiraw iktar barranin biex jgħixu u jaħdmu fil-Gzejjer taghna… b’riżultat li l-ekonomija ta’ pajjiżna tkun tista’ tihu spinta ‘il quddiem, b’mod speċjali wara d-daqqa tal-pandemija.

Minn naħa tagħha, l-Ambaxxatriċi rringrazzjat lill-Partit Nazzjonalista tax-xogħol li qed isir sabiex jigi zgurat li Malta tibqa’ miexja ‘il quddiem.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll il-Kelliem għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ, Beppe Fenech Adami.