Lokali Qorti

Il-valdalizzazzjoni ta’ statwi storiċi fil-Laboratorju tal-Paċi twassal biex Sudaniż imur seba’ snin ħabs

Raġel ta’ 37 sena mis-Sudan intbagħat seba’ snin ħabs wara li Qorti sabitu ħati li għamel ħsara intenzjonalment fuq statwi meqjusa bħala wirt nazzjonali fil-Laboratorju tal-Paċi ta’ Hal Far fl-2020. Musaqad Hajeji, residenti Birzebbugia, kien ġie mixli b’rabta mal-inċident tat-12 ta’ Mejju 2020, li rriżulta li statwi ta’ San Franġisk u San Mikiel, skolpiti fis-snin sebgħin mill-artisti rinomati Ganni Bonnici u Anton Agius, ġew danneġġati u mkissra.

Il-Qorti semgħet kif il-fundatur tal-Laborotarju tal-Paċi, Patri Dionysius Mintoff, kien qed quddiesa fil-kappella meta sema’ ħsejjes qawwija ġejjin minn barra u nies isejħulu biex imur malajr. Meta ħareġ barra, ra lill-akkużat, li qatt ma kien ra ġewwa l-post qabel.

Huwa kien qal lill-qorti li meta xi ħadd kien staqsa lil dan ir-raġel għaliex għamel dak li għamel, innota t-tbissima ta’ Hajeji. Waqt li kien qed inaddaf l-inħawi, is-saċerdot Franġiskan kien innota li xi ħadd kien ħażżeż graffiti b’kitba bl-Għarbi fuq l-istatwa, skopra wkoll li l-istatwa ta’ San Mikiel, kif ukoll statwi ta’ lupu u nagħaġ – parti mill-istatwa ta’ San Mikiel. Franġisku, kien ġew imfarrka.

Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, li ppresediet l-kawża, ingħad lilha li mill-investigazzjoni ħareġ li l-akkużat kien kisser l-istatwi bi blata u li residenti fil-Laboratorju tal-Paċi kienu żammew lil Hajeji sakemm waslu l-pulizija. Waqt l-interrogazzjoni, Hajeji, waqt li kien debitament assistit minn avukat, kien ħareġ stqarrija li fiha ammetta li kkawża l-ħsara.

Dan kien sostnut minn rakkonti ta’ xhieda li ngħataw fil-Qorti min-nies li żammew lill-akkużat, waqt li kienu qed jistennew lill-pulizija wara li rawh jikteb fuq u jolqot l-istatwi. Espert maħtur mill-Qorti kkonferma li l-istatwi li ġarrbu l-ħsara huma oġġetti ta’ Wirt Nazzjonali

Fid-dawl tal-evidenza, il-qorti qalet li ma kien hemm “l-ebda dubju” dwar il-ħtija tar-raġel. Hajeji, li nstab ħati wkoll ta’ reċediv, ingħata l-piena massima taħt l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, dik ta’ sitt snin ħabs, flimkien ma’ sena oħra ħabs talli sar reċediv. Is-Supretendent tal-Pulizija Trevor Micallef mexxa l-prosekuzzjoni.