Lokali

Illejla jibda l-vjaġġ għal Nicole Vella bħala Miss Supranational Malta fil-Polonja

Illejla se jkun qed jibda vjaġġ speċjali għal Nicole Vella hekk kif fi ftit sigħat se tkun qed tirrapreżenta lil Malta f’Miss Supranational 2022.

Hi se tkun qed tivjaġġa lejn il-Polonja, fis-serata se tkun qed issir f’Nowy Sacz fil-15 ta’ Lulju.

Nicole se tkun qed tikkompeti ma’ 70 kontestanta minn madwar id-dinja. Parti mill-preparazzjonijiet se jkunu provi, żjarat fil-belt kapitali kif ukoll attivitajiet relatati mal-finali internazzjonali.