Sport Sport Ieħor

Julian Bajada jtemm b’suċċess l-isfida tal-qdif għal 28 kilometru

Il-paratleta Julian Bajada temm b’suċċess l-isfida li jaqdef 28 kilometru bil-għan li jiġbor fondi għall-isport paralimpiku f’Malta. Apparti l-għan li jaqdef 28 kilometru, Julian Bajada rnexxielu jilħaq ukoll l-għan li jinġabru aktar minn €28,000 sabiex jitwaqqaf l-ewwel tim tal-qdif paralimpiku f’pajjiżna, fejn b’kollox inġabru €43,750. Julian Bajada temm l-isfida f’ħin ta’ sagħtejn 23 minuta u 33 sekonda.

Julian Bajada li huwa wkoll is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Paralimpiku Malti, qed jaħdem ukoll sabiex it-tim tal-qdif paralimpiku jipparteċipa ukoll fir-Regatta nazzjonali f’pajjiżna. Ma’ Bajada ingħaqdu wkoll f’din l-isfida diversi atleti oħra fosthom Nick Mercieca u Kurt Farrugia li huma attivi fl-isport minkejja d-diżabilita’ tagħhom.

L-attivita’ għandha wkoll is-sostenn tal-Kumitat Parlimpiku Malti u mill-President tal-istess Kumitat Joseph Grima, li flimkien qed jaħdmu biex ikomplu jkabbru u jippromwovu l-isport parlaimpiku f’pajjiżna. Għall-attivita’ attenda wkoll il-Kelliem għall-Isport tal-PN Graham Bencini li ta s-sapport u l-appoġġ tiegħu lejn l-isport paralimpiku u x-xogħol li qed iwettaq il-Kumitat Paralimpiku Malti.