Futbol Sport

Kampjonati Ewropej ta’ taħt id-19-il sena: L-Ingilterra jdawwru telfa f’rebħa u jagħmluha għall-Finali

Fin-Národné tréningové centrum l-Islovakkja, it-tim Nazzjonali Ingliż ta’ taħt id-19-il sena sar l-ewwel finalist tal-kampjonati Ewropej meta wara li sofra gowl minn penalty wara biss 12-il minuta, irnexxielu jdawwar il-logħba fit-tieni taqsima.

Wara 12-il minuta r-referee mill-Ġorġja Goga Kikacheishvili saffar għall-penalty favur l-Azzurri meta l-plejer ta’ Arsenal Brooke Norton-Cuffy waqqa lil Fabio Miretti fil-kaxxa. Mill-11-il metru, il-plejer ta’ Juventus ma’ falliex biex tefa lit-tim Taljan filvantaġġ. Xejn ma’ nbiddel sa tmiem l-ewwel taqsima bit-tim immexxi minn Carmine Nunziata jidħol jistrieħ minn fuq.

Fit-tieni taqsima l-kowċ Ingliż Foster bidel tliet plejers f’daqqa fis-56 minuta, bil-bidliet mill-ewwel iħallu l-frott hekk kif minuta wara s-sostitut bir-ras għeleb lil Desplanches minn korner ta’ Alfie Devine. It-tim Ingliż kiseb il-gowl tar-rebħa fil-81 minuta meta Jarell Quansah mill-viċin tefa’ ġewwa.

Immexxija minn Ofir Haim, bla dubju li l-Iżrael huma r-rivelazzjoni tal-kompetizzjoni. Konferma ta’ dan għal mod kif eliminaw lil Franza li matul il-kompetizzjoni bla dubju kienu l-favoriti ewlenin għar-rebħ tal-kompetizzjoni. Auto-goal ta’ TOURE’ li wara 29 minuta għeleb lil Lo Tutala kien biżżejjed għal Iżrael biex jgħalqu l-ewwel taqsima fil-vantaġġ.

Fit-tieni taqsima bl-Iżrael fuq l-offensiva fis—57 minuta meritatament irduppjaw wara li EL YAM KANCEPOLSKY b’daqqa ta’ ras għeleb lil Lo Tutala. Ħames minuti wara iżda b’xutt li spiċċa fl-angolu ta’ fuq ALAN VIRGINIUS għeleb lil Zarfati għat- 2 – 1. Assistant Referee kien Luke Portelli filwaqt li Matthew Degabriele kien bħala r-raba’ uffiċjal.