L-art taż-Żonqor f’Wied il-Għajn, li ngħatat lil AUM mill-Gvern Laburista qatt ma missha ttieħdet mingħand il-pubbliku.
Dan wara li l-Gvern se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid li se jkun qed jaġevola lil Sadeen b’art fi Smart City u fil-Kottonera.
Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija maħruġa mid-Deputati Rebekah Cilia u Darren Carabott, fakkar illi dejjem ħadem sabiex din l-art tibqa’ għall-użu u t-tgawdija mill-poplu Malti, u kien il-Partit Nazzjonalista li sa mill-bidu nsista biex din l-art tibqa’ mhux mittiefsa mill-proġett li falla sa mill-bidu tiegħu.
“Meta l-art tista’ tittieħed lura mingħajr ma jiġu kumpensati b’art oħra, il-Partit Nazzjonalista qatt ma jista’ jkun favur azzjoni li se tkun qed taġevola lil min ma onorax l-obbligi tiegħu.”
//= $special ?>