Lokali

Nirien jaħkmu penthouse f’Tas-Sliema

Ħidma sfieqa u fil-pront mill-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssarfet sabiex nirien ġew ikkontrollati f’qasir żmien u ġiet evitata dik li possibilment setgħet kienet ġrajja ta’ konsegwenzi agħar.

Dan hekk kif kmieni t-Tlieta waranofsinhar nirien ħakmu penthouse fl-14-il sular fiż-żona ta’ appartamenti fl-inħawi ta’ Tignè Point – bin-nirien jiġu kkontrollati tempestivament mill-pumpiera li ġew imsejħa fil-post.

Dan filwaqt li xi nies li kienu fil-binja ġew evakwati bħala prekawzzjoni.