Lokali

“Qed iqisu l-karba tagħna bħala teatrin”

Ġurnata sewda għall-infermiera… Il-Gvern ta’ Robert Abela qed iqis il-karba ta’ dawn l-infermiera bħala farsa u teatrin.

Sostniet dan l-Union tal-infermiera u qwiebel f’konferenza tal-aħbarijiet fejn ġie spjegat li filwaqt li t-tmexxija ta’ San Vinċenz de Paul għarfet il-kriżi li r-residenza għaddejja minnha kawża ta’ nuqqas kbir ta’ infermiera, il-Ministru Chris Fearne mhux qed jara dan in-numru bħala problema.

Il-President tal-MUMN, Paul Pace saħaq li dan qed isir minkejja li fl-iktar ħinijiet impenjattivi, qed ikun hemm biss żewġ infermiera jipprovaw ilaħħqu ma’ erbgħin residenti morda.

Net News tkellem ma’ waħda mill-infermiera fi ħdan San Vinċenz de Paul, Kaitlyn Byrne fejn qaltilna li l-infermiera qatt ma jaslu biex iwarbu lir-residenti b’riżultat li qed jispiċċaw ibatu huma minħabba n-nuqqas tal-Gvern… iżda dan qed iwassal biex l-infermiera qed jispiċċaw f’burnout qawwi..

Minn naħa tiegħu, il-President tal-MUMN, Paul Pace saħaq kif hemm bżonn li l-Gvern jaħseb f’kundizzjonijiet u salarji attreanti sabiex l-investimenti li saru fi żmien gvernijiet Nazzjonalista ma jispiċċawx fix-xejn.

Huwa insista li l-Ministru Chris Fearne qed jagħmel minn kollox biex ikisser lill-infermiera minflok jagħtihom daqsxejn ta’ nifs.