Sport Sport Ieħor

Rebħiet għal Murray u Djokovic fl-ewwel rawnd ta’ Wimbledon

(Ritratt: EPA)

Andy Murray u Novak Djokovic fetħu l-impenji tagħhom f’Wimbledon b’rebħa, meta għelbu lil James Duckworth u Kwon Soon-woo rispettivament.

Id-darbtejn rebbieħ ta’ Wimbledon Murray tilef l-ewwel set 4-6 iżda rkupra fit-tlieta l-oħra u rebaħhom 6-3 6-2 6-4 f’konfront li dam għaddejn sagħtejn u 43 minuta f’Centre Court. Il-Brittaniku issa jaffronta lill-Amerikan John Isner li minn naħa tiegħek fl-ewwel rawnd għeleb lill-Franċiż Enzo Couacaud.

Minn naħa tiegħu in-numru 3 tad-dinja Novak Djokovic elimina lil Korean Kwon Soon-woo 6-3 3-6 6-3 6-4 b’din ir-rebħa tkun it-80 waħda tiegħu personali fil-Grand Slam ta’ Wimbledon. Fit-tieni rawnd Djokovic issa jilgħab kontra r-rebbieħ bejn Thanasi Kokkinakis u Kamil Majchrzak.

Novak Djokovic fl-azzjoni kontra Kwon Soon- woo (Ritratt: EPA)