Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara ħabta ma’ vann

Albaniż ta’ 29 sena residenti Rabat Għawdex sofra minn ġrieħi gravi wara li ħabat ma’ vann fi Triq San Anard, ir-Rabat, Għawdex għal ħabta tas-13:45.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn vann misjuq minn raġel ta’ 65 sena residenti l-Fontana Għawdex, u mutur misjuq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.