Diversi pajjiżi fl-Ewropa qed ikomplu jesperjenzaw sħana rekord hekk kif mewġa ta’ arja sħuna mxiet mill-Afrika ta’ Fuq lejn ir-reġjun tal-Mediterran.
Fl-Italja bħalissa hemm twissijiet kontinwi tas-sħana, b’ċertu żoni fin-Nofsinhar tal-pajjiż, inkluż Sqallija, it-temperatura tiżboqq sew l-40 grad. 19-il belt madwar l-Italja ġew immarkati b’avviż aħmar, jiġifieri sitwazzjoni mill-aktar severa.
Bdiewa fl-Italja wissew dwar l-impatt tan-nixfa hekk kif il-livelli tal-ilma fix-Xmara Po niżlu bi kważi tliet kwarti meta mqabbla mal-medji staġjonali.
Diversi bliet fit-Tramuntana tal-Italja ħabbru razzjonar tal-ilma u r-reġjun tal-Lombardija jista’ jiddikjara stat ta’ emerġenza minħabba nixfa rekord.
Fl-aħħar jiem it-temperaturi kemm fi Franza u anki fi Spanja kisru rekords ġodda, u ħolqu pressjoni kbira fuq l-isptarijiet u l-provvista tal-enerġija.
Uffiċjali Franċiżi qed ibassru li xi żoni se jilħqu 42 grad Celsius bi sħana fl-Ewropa se tkompli tilħaq livelli rekord.
//= $special ?>