Sport Sport Ieħor

Boċċi: Jingħata bidu għat-tieni rawnd fl-Ewwel Diviżjoni

It-Tlieta ntlagħbet it-12-il ġurnata u l-bidu tat-tieni rawnd fl-Ewwel Diviżjoni fejn Għaxaq, Żebbuġ u Msida baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika b’10 punti kull wieħed.

Il-logħba tal-ġurnata kienet dik bejn St Peter’s Żabbar u t-tim ta’ Qormi San Bastjan bil-Bastjaniżi joħorġu rebbieħa 21 bi 15 biex b’hekk żammew it-tamiet tagħhom ħajjin u jinsabu punt taħt Buġibba u l-istess St. Peters Żabbar.

Għaxaq rebħu lil Żurrieq 21 b’9 ġewwa darhom filwaqt li Msida barra minn darhom għelbu lil Żabbar 21 b’0. Buġibba u Lija ingħataw rebħa ta’ 21 ma 0 kontra t-timijiet ta’ Isla u Paola Schreiber.

Żebbuġ mingħajr wisq tbatija għelbu barra minn darhom lit-tim ta’ Marsamxetto 21 b’6.

Il-klassifika taqra hekk:

KlassifikaLP
Msida1210
Żebbuġ1210
Għaxaq1210
Buġibba128
St. Peters Żabbar128
Qormi San Bastjan127
Żurrieq126
Lija125
Żabbar124
Marsamxett123

*Isla uPaola Schreiber mhux se jkomplu jieħdu sehem u ġew relegati għat-Tielet Diviżjoni

Il-Kampjonat tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni jkompli għada l-Ħamis 30 ta’ Ġunju.