Nhar id-29 ta’ Ġunju, il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta’ San Pietru u San Pawl… il-martirju tal-ewwel Papa u ta’ Missier Malta Kattolika … Festa li bdiet tiġi ċċelebrata f’pajjiżna minn qabel żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann.
Għal din l-okkażjoni, l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral tal-Imdina, fejn insista li fil-Festa Solenni ta’ San Pietru u San Pawl, għandna nitolbu għall-ħarsa ta’ ħniena ta’ Ġesù Kristu … ħarsa li timlina b’kuraġġ u mħabba.
Huwa qal din il-festa tfakkarna biex nirringrazzjaw lil Alla għal dak li provdilna… il-ħolqien u l-ambjent ta’ madwar u kien hawn fejn fakkar biex nieħdu ħsieb l-ambjent.
Charles Scicluna qal li l-ġustizzzja ta’ din id-dinja hija mxellfa, iżda dik ta’ Alla żgur li m’hix. L-Arċisqof tkellem dwar il-progress u jekk dan il-progress hux qed iwasslilna l-ħelsien u l-paċi vera. Huwa għamel referenza wkoll għall-ġlied u l-inċidenti li ta’ kuljum qed nisimgħu bihom fejn sfortunamanet qed iwasslu għall-mewt tal-persuni.
Preżenti għal din il-quddies kien hemm l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President tar-Repubblika George Vella u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
//= $special ?>