Sport Sport Ieħor

Francesca Curmi u Elaine Genovese fil-finali fil-Logħob tal-Mediterran

Fil-Habib Khelil Tennis Complex , Elaine Genovese u Francesca Curmi fis-semi finali kontra Nuria Brancaccio u Aurora Zantedeschi tal-Italja wara li tilfu l-ewwel set 6 – 3. Fit-tieni set, reazzjoni minn Genovese u Curmi fejn minn żvantaġġ ta’ 6 – 5 rebħu 7 – 6 bil-partita tmur għat-tielet set , dak deċiżiv bil-koppja Maltija ma’ tfallix biex rebħet is-semi finali u għall-ewwel darba fl-istorja tal-isport Malti post fil-finali tat-tennis fil-Logħob tal-Mediterran. Fil-finali jilgħabu kontra Jessica Bouzas Maneiro u Guiomar Maristany Zuleta ta’ Spanja li fl-ewwel semi finali għelbu 6 – 4 ; 6 – 3 lil Chiraz Bechri u Feryel Ben Hassen tat-Tuneżija.