Sport Sport Ieħor

Futsal: It-tim Nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena se jipparteċipa fl-Enemed Futsal League

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena tal-Futsal se jkun qed jipparteċipa fl-Enemed Futsal League tal-istaġun li ġej.

Dan intqal waqt il-laqgħa ġenerali annwali li ġiet organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal, bil-viċi-president tal-MFA Matthew Paris u d-direttur tekniku tal-Futsal & Beach Soccer Mark Marlow jaċċettaw l-istedina tal-FMA u jagħtu ċ-ċans lill-plejers żgħażagħ li kienu qed jipparteċipaw b’mod regolari fil-kompetizzjonijiet ta’ taħt is-16-il sena.

Fi kliemhom din l-inizjattiva ser tkun qed tgħin lil dan il-grupp ta’ plejers jieħdu aktar esperjenza f’dan l-isport sabiex fil-futur ikunu aktar preparati għall-impenji mat-tim Nazajonali.