Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 570 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 234 persuna oħra. Il-każjiet attivi issa telgħu għal 5,958.
Fortunatment bejn it-Tlieta u l-Erbgħa ma miet ħadd bil-Covid-19 biex l-ammont tal-vittmi baqa’ dak ta’ 740.
Fl-aħħar sigħat saru ‘l fuq minn 2,000 swab test, iżda dan it-total ma jinkludix dawk il-persuni li jagħmlu self-test id-dar.
Intant, fil-Parlament, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li n-numri ta’ Covid fil-komunità qed jiżdiedu. Għalkemm insista li l-immunità għadha waħda b’saħħitha.
Dan filwaqt li appella sabiex, mill-aktar fis, l-anzjani jersqu ‘l quddiem għat-tieni doża tal-booster.
//= $special ?>