Lokali

Iċċelebrata l-festa tradizzjonali tal-Imnarja

L-Erbgħa filgħodu atmosfera unika iddominat il-ġonna tal-Buskett għall-festa tal-Imnarja, li ta’ kull sena tkun ta’ attrazzjoni għal eluf ta’ Maltin u Għawdxin. B’mod speċjali din is-sena għaliex iċ-ċelebrazzjoni ta’ din il-festa tradizzjonali Maltija kienet ilha ma ssir 3 snin minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Net News tkellem ma’ diversi bejjiegħa li kienu armati waqt il-fiera fil-Buskett, fejn qalulna li l-festa tradizzjonali organizzata fil-Buskett ghall-Imnarja ta’ din is-sena, kif kien mistenni kienet waħda success.

Minkejja s-sħana qawwija li nħasset sew fl-inħawi tal-buskett, diversi familji Maltin irikorrew fil-post tradizzjonali sabiex igawdu ftit minn dak li toffri din il-festa.

Il-kompetizzjonijiet differenti fil-Buskett ma naqsux, fosthom dawk ghall-isbah bhejjem.

Il-wirja tradizzjonali tal-haxix u l-frott taht it-tinda tal-Buskett gibdet l-attenzjoni tan-nies fejn kienet apprezzata d-dedikazzjoni tal-bdiewa fit-tkabbir tal-prodotti agrikoli taghhom.

Ma naqsux l-ikel tradizzjonali Malti u l-hlewwiet kif ukoll spettaklu, kant u divertiment – fejn iddomina l-lehen tal-ghannejja b’ghana spirtu pront ma’ taqta’ xejn li nisslet tbissima fuq fomm dawk prezenti.