Lokali Qorti

Il-Qorti tordna li l-istqarrija ta’ raġel mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ tarbija fl-2014 titneħħa mill-provi

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat li stqarrija li kien ta raġel minn Ħaż-Żabbar u li llum għandu 34 sena titneħħa mill-provi. Ir-raġel qed jiġi mixli li fit-12 ta’ Settembru tal-2014 bl’attentat ta’ qtil ta’ tarbija ta’ 11-il xahar tas-sieħba tiegħu.

Ir-raġel li ismu ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti biex jiġu protetti l-minuri mhuwiex il-missier naturali tat-tifla, iżda għandu żewġ ulied oħra minn omm it-tifla qed jiġi mixli li għolla u sabbat it-tarbija li niżlet fuq is-sodda qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.

Huwa qed jiġi mixli wkoll li kkaġuna ġrieħi gravi u x’aktarx permanenti fuq it-tarbija, li kienet operata darbtejn minħabba ksur f’rasha u sieqha. Meta ddaħħlet l-isptar it-team mediku li raha lit-tarbija għamel kuntatt mal-Pulizija minħabba l-qagħda tagħha.

It-talba tal-Avukat Franco Debono biex tiġi sfilzata l-istqarrija ġiet milqugħa minħabba li minn imkien ma jidher li l-akkużat nghata d-dritt li jikkonsulta ma’ avukat qabel l-istqarrija anke’ jekk dak il-ħin huwa kien diġa’ meqjus bħala suspettat fl-investigazzjoni, tant li kien ingħata d-dritt tas-silenzju sabiex ma jinkriminax ruħu.

Il-Qorti qalet li dak iż-żmien kien diġa daħal id-dritt li suspettat jikkonsulta ma’ avukat u illi f’din ix-xhieda l-imputat waħħal kollox fis-siehba tiegħu li f’dak il-mument hija kienet is-suspettata primarja tal-investigazzjoni tant li
wara kienet ittellgħet il-Qorti b’akkuħi ohra fl-istess waqt meta ttella’ l-imputat.

Il-Qorti qalet li f’dawn il-proċeduri l-imputat ta diversi verżjonijiet. L-ewwel verzżoni li ta’ kien quddiem l-espert fl-inkjesta ħareġ ċar illi la kien ingħata dritt li jikkonsulta ma avukat qabel id-dikjarazzjoni u l-anqas li jkollu avukat waqt l-istqarria.

Hawnhekk l-imputat seta’ kien meqjus bħala persuna vullnerabbli u dan għaliex il-pulizija kienu jafu li kien ikkonsma xi droga preċedentement għal fatt in kwistjoni u għalhekk minħabba f’hekk m’hemmx dubju li tali dikjarazzjoni għandha tigi skartata.

Ingħad ukoll li l-għada fit-13 ta’ Settembru, l-imputat reġa’ ġie mitkellem u huwa biddel il-verzjoni tiegħu u dan wara li l-Ispettur Chris Pullicino ddikjara li kien tawh id-dritt tal-avukat u huwa rrifjuta tali dritt. Madankollu minn imkien mill-atti proċesswali ma ġie ippreħentat dan id-dokument tar-rifjut u anke’ meta xehdet l-Ispettur Sylvana Briffa hija ma semmiet xejn a rigward dan id-dritt.

Għaldaqstant dak li mhuwiex fl-atti processwali ma jistax jitqies li verament sar u dan in vista tal-fatt illi l-istqarrija nnifisha ssemmi biss id-dritt tas-silenzju u l-0uffiċjali nvestigattivi li kienu prezenti waqt l-interrogazzjoni ma kienux korroboranti wieħed ma l-iehor a rigward ingħatax id-dritt ta’ assistenza qabel l-interrogazzjoni.

Invista ta’ dan kollu l-Qorti qalet li ma tistax tqis bħala valida l-asserzjoni li l-imputat ingħata dan id-dritt u għalhekk ugwalment ma tistax tieħu konjizzjoni tal-istqarrija mogħtija lill-pulizija. Ghal dawn il-motivi laqgħet it-talba tad-difiża b’dan illi ma hijiex se tieħu konsiderazzjoni fis-sentenza finali tal-istqarrija meħuda lill-imputat kif ukoll tax-xhieda ġuramentata quddiem l-espert Dr. Joseph Mifsud (illum Maġistrat) fl-atti tal-inkjesta.

Is-sofferenzi tat-tarbija fil-każ

Minn dak li ħareġ fil-Qorti sa issa l-Pulizija qalu liu meta marru fil-post tal-inċident sabu fid-dar ħafna ħmieġ, u li l-post li ma kienx adattat biex fih jgħixu t-tfal. Minbarra t-tarbija kienu jgħixu fil-post żewġ ħutha subien. Il-pedjatra Cecil Vella li kien qal fil-Qorti li raha lit-tarbija l-isptar, u li bil-kemm kienet qed tiehu nifs u għalhekk ittiehdet minnufih ghal CT Scan fejn irrizulta li kellha ksur sostanzjali f’rasa u emoraġija nterna, dan filwaqt li kellha ksur f’saqajja u xi tbenġil.

Qal ukoll li t-tifla daħlet minnufih fit-taqsima tal-kura intensiva tat-tfal minħabba li kienet fil-periklu tal-mewt. Il-pedjatra Cecil Vella kien qal li hu kien kellem lil omm t-tarbija u lis-sieħeb tagħha u din kienet qalet li ġimgħatejn qabel t-tarbija kienet daħlet l-isptar b’daqqa fuq rasa wara li ħuta subien, li wkoll għadhom tfal kienu waddbu xi ħaġa għal rasha.

Minkejja dan, it-tarbija kienet għamlet biss ġurnata l-isptar taħt osservazzjoni. Il-pedjatra qal li bħala tabib ikkonkluda li l-ġrieħi li kellha t-tarbija ma kienux kaġunati b’inċident. Kienet xehdet ukoll l-Ispettur Sylvana Briffa, li qalet li malli ġiet infurmata mal-każ kienet kelmet lil pedjatra Cecil Vella dwar il-ġrieħi u qalet li malli kienet marret biex tkellem lil omm it-tarbija, u  lis-sieħeb tagħha l-isptar sabithom reqdin fil-“waiting area”.

Meta ġew mistoqsija x’ġara l-omm qalet li hi u s-sieħeb tagħha, l-akkużat, kienu marru il-festa ta’ Ħaż-Żabbar u daħlu fil-5 am. Qalet li waqt li kienu reqdin is-sieħeb tagħha qabdu l-ġuħ u xtaq xi ħaġa x’jiekol u marret issajjar xi ħaġa u meta telgħet fuq sabet lit-tarbija bil-kemm qed tieħu nifs u marru l-isptar.

L-akkużat min-naħa tiegħu kien ta żewġ verżjonijiet, l-ewwel qal li omm it-tarbija kienet għeżżitha u waddbitha fil-kott. Iżda wara ftit ammetta li kien hu li għeżżeż lit-tarbija u waddaba fil-kott minħabba li bdiet teqred u dejqitu. Hu kien ammetta wkoll li l-lejl ta qabel fil-festa ta’ Ħaż-Żabbar kien ħa d-droga kokaina u pejjep il-kannabis u anke’ xorob sew.

Qal li kien jaf bil-konsegwenzi ta’ dak li għamel u li kien iddispjaċieh. L-Ispettur Briffa ikkonfermat li malli daħlu fir-residenza tagħhom kien evidenti l-ammont kbir ta’ ħmieġ, li kien hemm fost l-oħrajn fosthom ħmieġ tal-kelb jiġri ma kullimkien, ikel immuffat, platti mhux maħsulin, ħmieġ tas-sigaretti ma’ l-art u affarijiet oħra. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur John Spiteri filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Francesca Zarb qed jidhru għall-akkużat.

Dan apparti li t-tlett t’itfal li tal-mara li ġew minn relazzjonijiet differenti kellhom riħa tinten fuqhom li turi li kienu ilhom ma jinħaslu żmien.