Sport Sport Ieħor

Kalkara jirbħu l-palju waqt il-Valletta Paegant of the Seas

Id-distrett tal-Kalkara rebaħ għall-ewwel darba t-tellieqa tad-dgħajsa tal-Pass B b’erba’ mqadef li għamlet parti mill-attività tal-Valletta Paegant of the Seas. Din it-tellieqa li saret filgħaxija, kienet ir-raba’ darba li kien hemm tellieqa tar-Regatta, attività li kienet organizzata mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta.

L-ekwipaġġ rebbieħ kien magħmul minn Clyde Mizzi, Davidson Micallef, Noel Bugeja, Ryan Refalo. Huma qasmu l-linja finali b’vantaġġ komdu fuq l-ekwipaġġi tal-Marsa u Bormla li daħlu fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

L-ewwel edizzjoni li saret fl-2016 intrebħet minn Bormla, sentejn wara kienu l-Isla li rebħu l-palju de la Valette. Sentejn ilu waqt il-pandemija, ma kinitx saret tellieqa bħaż-żewġ edizzjonijiet preċedenti. Minflok saret tellieqa tan-nisa bil-frejgatini, bid-distrett tal-Birgu kien ħareġ rebbieħ permezz ta’ Glynnis Mizzi u Rachelle Gialanze.