Futbol Sport

Kampjonati Ewropej ta’ taħt id-19-il sena: Iżrael jaħsdu lill-Franċiżi u jirbħulhom fis-semi finali

F’logħba li Franza ddominaw mill-bidu sal-aħħar, xorta waħda se jkunu l-Iżrael li se jilgħabu fil-finali kontra l-Ingilterra, wara li fid-DAC Stadion ħarġu rebbieħa 2-1.

Franza mill-ewwel iddominaw il-konfront b’serje ta’ attakki lejn il-lasti tal-goalkeeper Lo-Toutala iżda ma’ rnexxielomx isibu x-xibka. Fid-29 minuta, f’attakk rari ta’ Iżrael, Oscar Gloukh teaf’ kross insidjuż u f’tentattiv li jbiegħed il-periklu, Souleymane Toure tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu. Il-kowċ Franċiż Landry Chauvin daħħal lill-attakkant ta’ Parma Ange-Yoan Bonny wara biss 35 minuta biex iżid l-inforzi fl-attakk iżda kien kollu għal xejn, bid-difiża Iżraelita tkun kompatta u ma’ tħalli xejn jgħaddi.

It-tim immexxi minn Ofim Haim irdoppja għal darb’oħra kontra x-xejra tal-logħob fis-57 minuta meta minn kross ta’ Ariel Lugasi kien El Yam Kancepolsky li b’daqqa ta’ ras tefa’ ġewwa. Ħames minuti wara Franza naqqsu d-distak b’xutt preċiż ta’ Alan Virginius iżda dan ma’ kienx biżżejjed hekk kif l-iskor baqa’ ma’ nbidilx fost il-ferħ mistħoqq tal-plejers tal-Iżrael li issa nhar il-Ġimgħa jilgħabu fil-finali għall-ewwel darba fl-istorja.