Sport Waterpolo

Sirens jiddominaw kontra Exiles, Valletta fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni u rebħa għal M’xlokk

(Ritratt: Joseph Galea)

Rapport: Stewart Said

SIRENS MECCA MARINE…. 14

EXILES…………………………… 5

(2-2), (4-0), (3-2), (5-1)

Normalment logħba bejn dawn iż-żewġ timijiet tkun missielta sal-aħħar sekonda. Din id-darba ma kienx il-każ, b’Sirens Mecca Marine joħorġu rebbieħa meritatament f’konfront li kkontrollaw għal ħinijiet twal.

Ironikament kienu Exiles li fetħu l-iskor li fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls iżda Sirens wettqu reazzjoni u dawru kollox favur tagħhom. Il-protagonist kien Jacob Sciberras li skorja erba’ gowls konsekuttivi bejn l-ewwel u t-tieni sessjoni, b’Matthew Sciberras u Isaiah Riolo jkabbru l-vantaġġ għal 6-2.

Fit-tielet sessjoni kienet mistennija reazzjoni minn Exiles, madankollu Sirens irnexxielhom ikabbru d-distakk għal 9-3. Dan għamilha diffiċli għal Exiles biex jibqgħu fil-logħba b’Sirens isibu ċ-ċans biex anki jkabbru r-rebħa tagħhom fl-aħħar sessjoni.

Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (1), J. Sciberras (4), J. Zerafa Gregory (2), G. Farrugia, M. Chircop (1), I. Riolo (2), J. Napier, M. Cutajar, M. Sciberras (1), M. Azzopardi (2), M. Bonello Dupuis, G. Melillo

Exiles: M. Castillo, N. Saliba (1), L. Gialanze, P. Paris, T. Sullivan, S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti, N. Paris, J. Bajada (1), M. Aquilina (2), D. Fenech, G. Borg, M. Martellacci, L. Pursehouse

Referees: Tiziano Petrini, Ronnie Spiteri

M’SKALA FISH AND FISH…….. 3

VALLETTA IZIBET……………….. 4

(1-1), (1-1), (1-0), (0-2)

Dawn iż-żewġ timijiet mistennija jisfidaw ir-rebħ tal-unuri fl-Ewwel Diviżjoni u din il-logħba uriet li d-differenza bejn it-tnejn hi minima. Finalment kienu Valletta li ħarġu rebbieħa u telgħu fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni.

Andrea Agius fetaħ l-iskor għal Valletta iżda Kyle Navarro ġab id-draw. Valletta reġgħu marru fil-vantaġġ fit-tieni sessjoni minn backhand ta’ Luca Felice sakemm Jake Ciantar wieġeb għal Marsaskala.

Marsaskala marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba b’xutt ta’ Mark Carani iżda Valletta wettqu reazzjoni fl-aħħar sessjoni u dawru r-riżultat. L-ewwel kien Andrea Agius li skorja b’azzjoni personali u Sebastian Busuttil skorja l-gowl tar-rebħa minn penalty. Lejn it-tmiem, it-tnejn kellhom iċ-ċans li jiskorjaw, b’Mark Carani jolqot il-lasta fl-aħħar sekondi.

Marsaskala: J. Micallef, A. Camenzuli, P. Privitera, R. Greco, G. Galea, K. Navarro (1), M. Manara, D. Pace Lupi, G. Sammut, J. Ciantar (1), M. Carani (1), A. Muscat, S. Fava, L. Falzon

Valletta: B. Busuttil, N. Farrugia, T. Said, L. Hyzler, S. Busuttil (1), Z. Micallef, D. Paolella, M. Mifsud, S. Micallef, A. Agius (2), K. Galea, J. Culic, A. Bugeja, L. Felice (1), R. Attard

Referees: Tiziano Petrini, Richard Magri

OTTERS NIVEA………….. 2

M’XLOKK BROWN’S……… 5

(0-1), (1-2), (0-2), (1-0)

Marsaxlokk Brown’s kisbu t-tieni rebħa fl-Ewwel Diviżjoni f’partita li ftit offriet emozzjonijiet. B’dan ir-riżultat, Otters tilfu ċ-ċans li jilħqu lil Ta’ Xbiex u jaqbżu lill-istess Marsaxlokk.

Ryan Galea poġġa lil Marsaxlokk minn fuq bl-uniku gowl tal-ewwel sessjoni li wasal minn penalty. Timmy Agius irdoppja minn backhand fit-tieni sessjoni sakemm Zion Bartolo naqqas id-distakk, b’Russell Spiteri jħalli l-vantaġġ doppju tax-Xlukkajri.

Fit-tielet sessjoni, Marsaxlokk għamluha diffiċli għal Otters biex jirkupraw b’doppjetta ta’ Ryan Galea. Għalkemm Otters pruvaw ir-rimonta diffiċli, irnexxielhom inaqqsu d-distakk biss minn gowl ta’ Luke Grech Carr li ġie mxellef.

Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, L. Grech Carr (1), M. Farrugia, D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech, S. Apap, Z. Bartolo (1), A. Dimech, G. Gatt Ellis, K. Micallef, K. Lupi Spencer

Marsaxlokk: S. Mifsud, R. Spiteri, C. Cutajar, B. Zammit, T. Agius, D. Bugeja, M. Zammit, L. Mallia, L. Saliba, R. Galea, J. Valletta, E. Mallia, M. Farrugia, A. Cook, R. Scerri

Referees: Andrea Zedda, Neville Mercieca

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa

L-Ewwel Diviżjoni

Valletta v Barracudas     6.15pm

Kampjonat Premier

Sliema v Sirens              7.20pm

Birżebbuġa v Exiles        8.25pm