Lokali

Taljana ssofri ġrieħi gravi

Il-Pulizija qed tinvestiga inċident li seħħ ilbieraħ fi Triq C. De Brocktorff, l-Imsida, fejn għal xi raġuni, vettura Mazda li kienet ipparkjata, mxiet minn posta u laqtet peruna.

Il-każ seħħ ftit wara s-7pm.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma, Taljana ta’ 23 sena, l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.