Sport Waterpolo

Tispikka San Ġiljan v Sliema fl-ewwel fażi tan-knock-out tal-Kampjonat Premier

(Ritratt: Timmy Cutugno)

Artiklu: Stewart Said

Konfront mill-ewwel dirett fl-ewwel fażi tan-knock-out tal-Kampjonat Premier wara li lbieraħ filgħaxija telgħu l-poloz tan-knock-out fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.

San Ġiljan JP Projects telgħu biex jilagħbu kontra l-isfidanti l-oħra għar-rebħ tal-unuri Sliema Frank Salt, bir-rebbieħ jiltaqa’ kontra Sirens Mecca Marine fis-semifinali. Fit-triq l-oħra lejn il-finali, Exiles telgħu kontra Neptunes Videoslots, bir-rebbieħ jilgħab kontra Birżebbuġa Freeport fis-semifinali.

Fl-Ewwel Diviżjoni, possibbiltà li ż-żewġ sfidanti għar-rebħ tal-kampjonat jiġifieri Valletta Izibet u Marsaskala Fish and Fish, jiltaqgħu fil-finali. Dan għaliex it-tnejn telgħu fis-semifinali dirett. Il-Beltin jistennew ir-rebbieħ bejn Barracudas u Ta’ Xbiex Amigos filwaqt li Marsaskala jilagħbu kontra r-rebbieħ bejn Otters Nivea u Marsaxlokk Brown’s.

Min-knock-out tan-nisa, San Ġiljan OZO se jilagħbu fis-semifinali kontra Sirens R Cauchi Enterprises u fis-semifinali l-oħra, Marsaskala Fish and Fish jilagħbu kontra Sliema Arkadia.

Knock-out tal-Kampjonat Premier

Kwarti tal-finali

L-Erbgħa 6 ta’ Lulju

San Ġiljan v Sliema        6.30pm

Exiles v Neptunes          7.35pm

Knock-out tal-I Diviżjoni

Kwarti tal-finali

It-Tlieta 5 ta’ Lulju

Barracudas v Ta’ Xbiex  6.30pm

Otters v Marsaxlokk      7.35pm

Knock-out tan-nisa

Semifinali

Il-Ħadd 24 ta’ Lulju

San Ġiljan v Sirens         8.30am

Marsaskala v Sliema      9.35am