Lokali

Titkompla r-riċerka fuq ġifen Puniku ftit ‘il barra mill-bajja tax-Xlendi

Fis-snin li ġejjin għandu jitkompla l-istudju fuq il-ġifen Puniku li jinsab ’il barra mill-kosta tax-Xlendi.

Ftehim li sar bejn l-Awtoritajiet u l-Università se jassigura li x-xogħol ta’ riċerka fuq dan ix-xini Puniku jitkompla matul l-erba’ snin li ġejjin fejn se jsir xogħol ta’ konservazzjoni, dokumentazzjoni u riċerka fost l-oħrajn minn tim ta’ esperti lokali u internazzjonali mmexxija mill-Professur Timmy Gambin fi ħdan l-Università ta’ Malta.

Fl-aħħar snin, l-esperti fil-qasam kien irnexxielhom inaddfu l-ġifen mis-sedimet li nġabar fih u madwaru matul il-medda tas-snin, u b’hekk ma baqghetx issir iktar ħsara fuqu.