Lokali

Żagħżugħ ta’ 15-il sena ferut gravi wara li ntlaqat minn karozza fis-Siġġiewi

Żagħżugħ li kien fuq skateboard weġġa’ gravi f’inċident li seħħ fis-Siġġiewi, fejn il-ġuvni intlaqat minn karozza.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10pm, fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fil-post fejn hemm hekk sabu lill-ġuvni ta’ 15-il sena mis-Siġġiewi, illi kien intlaqat minn vettura tal-għamla Volkswagen, li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti l-Ħamrun.

Il-ġuvni ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.