Coronavirus Lokali Saħħa

539 każ ġdid – il-Covid-19 jaħtaf ħajja oħra

Aktar minn 3,400 każ ġdid f’temp ta’ ġimgħa

Fl-aħħar 24 siegħa l-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna ħatfet ħajja oħra sabiex b’hekk l-ammont totali ta’ vittmi ta’ dan il-virus s’issa fil-Gżejjer Maltin huwa ta’ 741.

Dan filwaqt li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis pajjiżna rreġistra 539 każ ġdid filwaqt li fortunatament fiequ 265 persuna.

Għaldaqstant il-każi attivi issa laħqu s-6,231.

Ta’ min jiġi innotat li f’temp ta’ ġimgħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 3,473 każ ġdid. Dawn huma biss dawk il-każi li huma magħrufa mal-awtoritajiet għaliex min qed jagħmel is-self kit id-dar mhux neċessarjament qiegħed jirrapporta l-każi – għalkemm huwa mħeġġeġ jagħmel dan għal fini ta’ contact tracing.

Kull min jittestja pożittiv huwa mitlub bil-liġi sabiex joqgħod id-dar kwarantina għal sebat ijiem sakemm joħroġ minn test li huwa negattiv. F’każ li wara ġimgħa jibqa’ pożittiv għandu jaghmel 3 ijiem oħra f’iżolazzjoni.