Qraba tal-anzjan, Karmenu Fino, magħruf aħjar bħala Charlie, qalu kif l-anzjan ibati bid-dimensja u possibilment qed jistkenn f’kmamar tal-għodda jew għelieqi privati.
F’post fuq Facebook, Rebecca Farrugia kitbet biex kull min għandu xi għelieqi jew propjetajiet privati f’Ħal Luqa, Gudja, Qormi, Imqabbad, Żurrieq, Qrendi, jew Ħal Safi, jiċċekjaw għall-possibiltà li l-anzjan qed jistkenn f’xi kmamar tal-għodda. Dan hekk kif il-qraba tiegħu ma jistgħux jaqbdu u jidħlu f’propjetajiet privati mingħajr permess tas-sid.
L-aħħar li l-anzjan deher kien għall-ħabta tal-10am tat-Tlieta. Hu kien residenti f’San Vincenz De Paul.
